Bonavia U Bonello Spiteri Jirbħu l-Kampjonat Nazzjonali ‘Sprint Triathlon’

 Bonavia U Bonello Spiteri Jirbħu l-Kampjonat Nazzjonali ‘Sprint Triathlon’

Birkirkara St. Joseph Sports Club ospita l-aħħar tellieqa tas-Serjè Go & Fun BSJ Sprint Triathlon, li kienet mifruxa fuq 4 tlielaq li saru fis-Salina. It-tellieqa tal-Ħadd kienet tikkonsisti f’għawma ta’ 750m, 20km fuq ir-rota u ġirja ta’ 5km. Din it-tellieqa ġiet innominata wkoll mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon, bħala l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon.

Josef Bonavia rreġistra l-ewwel titlu ta’ kampjonat tiegħu f’tellieqa li kienet missielta ħafna. Bonavia rreġistra t-tielet post fl-ewwel tellieqa iżda sussegwentement rebaħ it-tlielaq l-oħra kollha minkejja sfida qawwija minn Shaun Galea, Bernard Sant u Joseph Galea.

L-ewwel barra mill-ilma kien Bernard Sant, segwit minn Shaun Galea. Id-duo kellhom sekonda waħda biss bejniethom kif daħlu fit-tranżizzjoni għar-rota. Bonavia kien it-8 atleta li ħareġ mill-ilma b’distakk ta’ minuta 47 sekonda wara Galea u Sant li kienu diġà barra fuq il-korsa tar-rota.

Bonavia poġġa l-abbiltajiet tiegħu fiċ-ċiklizmu fejn rreġistra b’mod konsistenti l-iktar taqsima veloċi fuq ir-rota tas-Serjè. Minkejja li kellu lil Shaun Galea u lil Joseph Galea quddiemu, hu ta’ spinta fl-aħħar ftit metri tar-rotta, fejn sab ruħu quddiem Shaun Galea. L-ewwel atleta li ħareġ fuq il-ġirja kien Joseph Galea, Bonavia li kien jaf li kellu possibblità ta’rebħa biex jieħu l-vantaġġ.

Madankollu t-tellieqa kienet għadha ma spiċċatx. Shaun Galea daħal fit-taqsima tal-ġirja bi spirtu qawwi iżda ma setax ilaħħaq ma’ Bonavia li ġera lejn l-ewwel titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tiegħu. Bonavia temm it-tellieqa f’siegħa, 1 minuta 53 sekonda – l-aħjar ħin tiegħu għas-Serjè ta ’din is-sena.

Galea spiċċa fit-tieni post 51 sekonda warajh. B’Bonavia u Galea lesti mit-tlielaq, kien hemm battalja eċċitanti għat-tielet post. Bernard Sant u Joseph Galea kienu qegħdin jiġru ras imb’ras għal ħafna mir-rotta ta’ 5km. L-aħħar 200 metru kienu deċisivi, b’Galea jaqbez lil Sant u jieħu fit-tielet post b’distakk ta’ 3 sekondi.

Intant Danica Bonello Spiteri ħarġet ir-rebbieħa ġenerali tas-Serjè u iċ-champion Nazzjonali tas-Sprint Triathlon. Għal Bonello Spiteri, din it-tellieqa kienet ritorn għall-podju tar-rebbieħa, fejn żiedet titlu ieħor mal-lista estensiva li hi kisbet matul il-karriera tagħha. Bonello Spiteri temmet it-tellieqa f’ħin ta’siegħa 9 minuti u 40 sekonda. Fit-tieni post spiċċat Pia Zammit.

Zammit irreġistrat l-aħjar ħin tagħha tas-Serjè, u naqqset minuta u 32 sekonda mit-tellieqa preċedenti. Fit-tielet post spiċċat Lindsey Pirotta. Pirotta, ħareġet mill-ilma b’vantaġġ ta ’44 sekonda fuq Lindsay Zammit. Din tal-aħħar naqqset id-distakk bi tranżizzjoni u taqsima tar-rota aktar mgħaġġla. Zammit irnexxiela taqbeż lil Pirotta f’din it-taqsima, iżda Pirotta kellha ġirja aktar mgħaġġla biex b’hekk għaddiet lil Zammit u tikseb l-ewwel post tal-podju tagħha.

Ritratti: Deacon Xuereb Photography

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com