“Fil-Bidu Toħodha Kontra Alla…” – Ninu U Phyliss Jitkellmu Dwar Binthom B’Kundizzjoni ‘Cerebral Palsy’

 “Fil-Bidu Toħodha Kontra Alla…” – Ninu U Phyliss Jitkellmu Dwar Binthom B’Kundizzjoni ‘Cerebral Palsy’

Innutajna storja ta’ determinazzjoni fuq il-paġna The People of Malta li ġibditilna s-simpatija… l-istorja ta’ Ninu u Phyllis li ilhom miżżewġin ‘il fuq minn 45 sena.

Binthom Joanne twieldet bil-kundizzjoni tas-cerebral palsy; kundizzjoni li titlbo l-attenzjoni 24 siegħa għal sebat ijiem sħaħ fil-ġimgħa. ” Fil-bidu toħodha kontra Alla u tagħmel bosta mistoqsijiet imma ż-żmien ibiddlek u ddur lejh u tirringrazzjah. Taraha titbissimlek u turik apprezzament għal dak li tagħmel magħha jimliek b’sodisfazzjon li l-ebda ħaġa oħra ma tagħtihielek”, sostnew il-ġenituri ta’ Joanne.

Qalu li fil-bidu tara l-ħolm u l-pjanijiet jisfaxxaw fix-xejn imma dejjem sabu appoġġ minn ħaddieħor. Qatt ma stħaw joħorġu fil-pubbliku, xtraw vann apposta u qatt ma żammewha ġewwa.

Stqarru li fis-snin sebgħin ma kienx hawn il-kumditajiet tal-lum kif ukoll l-opportunitajiet li nsibu issa.

Din il-familja minn Ħal Tarxien hija eżempju ta’ pożittività, fejn anke meta l-affarijiet ma jmorrux kif pjanat, trid tibqa’ għaddej b’ħajtek u tgħix il-mumemnt… “Apprezza dak li għandek u l-familja ħu ħsiebha dejjem.”

Insellmu lil din il-familja tassew sabiħa u ta’ eżempju kif ukoll lil Joanne.

Ritratt: The People Of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com