Ġieli Smajt Bihom Dawn It-Termini Mediċi Bil-Malti?

 Ġieli Smajt Bihom Dawn It-Termini Mediċi Bil-Malti?

Bosta huma dawk li jgħidu ta’ spiss kif fil-lingwa Maltija dejjem titgħallem xi ħaġa ġdida.

Kemm minħabba tibdiliet fil-lingwa stess, jew anke meta tiżdied xi kelma ġdida fil-lingwa Maltija biex tkun skond il-Malti mitkellem, iżda mhux l-ewwel darba li xi ħadd jgħidlek b’kelma li tkun ilha teżisti iżda li qatt ma smajt biha. Int ġieli smajt b’dawn it-termini mediċi bil-Malti t’hawn isfel?

  • Chicken Pox: Ġidri r-Riħ
  • Small Pox: Ġidri
  • Sydenham’s Chorea: Ballu San Vitu
  • Measles: Ħożba
  • Mumps: Gattone
  • Rubella: Ħożba Ġermaniża
  • Shingles: Ħruq Ta’ Sant’ Antnin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com