Grupp Ta’ Immigranti Jħalli Malta Lejn Franza

 Grupp Ta’ Immigranti Jħalli Malta Lejn Franza

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li grupp ta’ immigranti li ddaħħlu f’Malta fl-aħħar xhur telqu minn Malta lejn Franza.

Fuq Twitter  Abela qal li l-immigranti telqu minn Malta dalgħodu b’titjira diretta lejn Pariġi.

Dan wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi maħsub sabiex inaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni.

Huwa sostna li l-awtoritajiet Maltin se jibqgħu jaħdmu biex mijiet ta’ immigranti oħra jkunu trasferiti lejn stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Ritratt: Facebook/ Robert Abela

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com