Guillaumier pass biss il-bod milli jilbes il-flok ta’ Hamrun

 Guillaumier pass biss il-bod milli jilbes il-flok ta’ Hamrun

Wara sajf intensiv jidher li Hamrun Spartans ser jkunu qed jagħlqu l-kampanja akkwisti bil-kbir hekk kif jidher li l-internazzjonali Malti ta’ Birkirkara FC Matthew Guillaumier jinsab pass biss il-bod milli jiffirma mal-klabb Hamruniz.

Huwa mifhum li s-somma li ġiet offruta lil Birkirkara FC kif ukoll s-salarju li ser ikun qed jingħata l-plejer huma tnejn mill-fatturi li ser ikunu qed jagħmlu dan it-trasferiment possibli.

L-investitur fil-klabb ta’ Hamrun Spartans Joseph Portelli u l-klabb Karkariż ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat għaddejin b’negozjati intensivi u jidher li sa fl-aħħar waslu fi ftehim u fadal biss irtokki qabel it-trasferimenti jiddaħħal b’mod uffiċjali fl-uffiċini tal-MFA.

 

Ritratt: Joe Borg

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com