Ifiequ 18… It-Total F’Pajjiżna Bħalissa Huwa Ta’ 680 Persuna Pożittiva

 Ifiequ 18… It-Total F’Pajjiżna Bħalissa Huwa Ta’ 680 Persuna Pożittiva

Fl-aħħar aġġornament fuq il-paġna ta’ Saħħa fuq facebook, ġie rrapurtat li kien hemm 42 każ ġdid ta’ persuni li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 filwaqt li fiequ 18.

Bħalissa t-total ta’ persuni pożittivi jammonta għal 680. 27 persuna tilfu ħajjithom mill-bidu tal-pandemija lil hawn, filwaqt li fiequ 2,191 persuna.

Inkomplu nfakkrukom biex timxu mal-istruzzjonijiet li ilna nisimgħu dwarhom speċjalment l-ilbies tal-maskri u nevitaw li nkunu f’mases jew fi gruppi kbar.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com