Il-Futbol Ingliż f’Xifer Falliment

 Il-Futbol Ingliż f’Xifer Falliment

Il-futbol fl-Ingilterra jinsab f’xifer ta’ kollass jekk il-Gvern Ingliż ma jagħtix l-għajnuna finzjarja li hemm bżonn.  Dan qaluħ numru ta’ persuni prominenti fil-futbol Ingliż f’ittra li bagħatu lill-ministri fid-dawl tal-kriżi li ġabet magħha l-Covid-19.

Fost il-persuni li f-firmaw l-ittra hemm l-ex kapijiet tal-Assoċċjazzjoni tal-Futbol Greg Dyke u Lord Triesman flimkien ma’ Charlie Methven; shareholder ta’ Sunderland FC u l-preżentatur Robbie Savage.  Huma qed jsostnu li jekk mhux ser tasal din l-għajnuna bosta klabbs ser jiddikjaraw falliment u għalhekk qed jitolbu spjegazzjoni ta’ x’ser issir issa qabel ma jkun tard wisq.

Waħda mill-akbar diffikultajiet li qed jaffaċja l-futbol globali huwa n-nuqqas ta’ partitarji fl-istadiums liema partitarji jħallu ammont sostanzjali ta’ flus fil-but tal-klabbs meta dawn jmorru jsegwu l-partiti.

Il-partitarji fl-Ingilterra kienu ser jitħallew jirritornaw fl-istadiums.

Mill-ewwel ta’ Ottubru iżda dawn il-pjannijiet ġew ikkanċċelati hekk kif il-każijiet pożittivi tal-Coronavirus fl-Ingilterra bdew jiżdiedu b’mod sostanzjali matul l-aħħar ġranet.

L-ittra tkompli tgħid li huwa l-gvern li ma jridx li jitħallew partitarji fl-istadiums u għalhekk għandu jkun il-gvern li jerfa’ parti mill-piż.

 

Ritratt: BBC.CO.UK

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com