L-Edukaturi Fl-Iskejjel Tal-Knisja Jirritornaw Fl-Iskola Mid-Data Li Kienet Stabbilixxiet L-Iskola

 L-Edukaturi Fl-Iskejjel Tal-Knisja Jirritornaw Fl-Iskola Mid-Data Li Kienet Stabbilixxiet L-Iskola

Fi stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija ntqal li ġie deċiż li l-edukaturi tal-iskejjel tal-Knisja jirritornaw fl-iskola tagħhom mid-data li diġà kienet stabbilixxiet l-iskola.

Sadanittant, fiż-żmien li l-istudenti jirritornaw l-iskola, l-edukaturi jilħqu jiffamiljarizzaw ruħhom mal-protokolli li ser ikunu qed jintużaw u jkomplu jippreparaw għas-sena skolastika.

Tħabbar li t-tmexxija ta’ kull skola ser tagħti direzzjoni fil-jiem li ġejjien u anke pjan kif l-istudenti se jidħlu l-iskola bejn is-7 u l-14 t’ottubru li ġej. tagħlim online sas- 6 t’Ottubru mhux se jsir. Dan skont id-direzzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-MUT.

Ritratt: Archdiocese of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com