Malta Titlef Żewġ Pożizzjonijiet… Ara Fejn!

 Malta Titlef  Żewġ Pożizzjonijiet… Ara Fejn!

Ftit tal-ġranet ilu, il-FIFA ppublikat il-pożizzjonijiet li raw lil Malta titlef żewġ postijiet oħra biex issa Malta tinsab tokkupa l-186 post.

F’dawn il-pożizzjonijiet, Malta qed tiġi issuperata minn pajjżi li rari nisimgħu bihom bħal Eswatini, Maldivi, New Caledonia, Vanuatu kif ukoll Djibouti fost oħrajn.

Sfortunatament it-tim nazzjonali Malti issa jinsab fl-aħħar tliet pożizzjonijiet tar-‘rankings’ tat-timijiet nazzjonali Ewropej fejn wara Malta, hemm biss San Marino u l-Ġibiltà.

Fil-quċċata jibqgħu f’din l-ordni: il-Belġju, Franza, il-Brażil u l-Ingilterra bil-pajjiż Spanjol kif ukoll dak Taljan jinsabu jokkupaw is-seba’ u l-għaxar post rispettivament.

 

Ritratt: It-Tim Nazzjonali Malti waqt l-azzjoni/ Joe Borg

 

Antvin Monseigneur

https://stradarjali.com