Penalty Għal Man. Utd Wara t-Tisfira Finali

 Penalty Għal Man. Utd Wara t-Tisfira Finali

Manchester United irreġistraw l-ewwel rebħa staġjonali meta barra minn darhom għelbu lil Brighton & Hove Albion 3 – 2 b’penalty li ġie mogħti mir-referee wara li saffar tmiem il-partita.

Fl-aħħar azzjoni tal-partita, daqqa ta’ ras tal-captain ta’ Manchester United Harry Maguire ħabtet ma’ id Neal Maupay, liema handsball ma ġiex innottat mir-referee tal-konfront Christopher Kavanagh u għalhekk saffar tmiem il-partita.

Wara protesti mill-plejers ta’ Manchester United, r-referee ir-refera għal VAR u kien propju hawn, minkejja li kien saffar tmiem il-konfront, li ta’ penalty favur Manchester United liema penalty ġie skurjat minn Bruno Fernandes.

Bla dubju din ma kinitx il-ġurnata ta’ Brighton & Hove Albion hekk kif tul il-partita laqtu l-lasta ħames darbiet apparti li kienu huma l-ewwel li marru fil-vantaġġ.

Ritratt: onefootball.com

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com