Plejer Ta’ Neptunes Jirriżulta Pożittiv Għall-Covid-19…

 Plejer Ta’ Neptunes Jirriżulta Pożittiv Għall-Covid-19…

Skont il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport, plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema.

Il-plejer li ismu ma’ ġiex ippublikat minħabba l-etika u l-privatezza tal-individwu kellu s-sintomi u għamel test qabel il-logħba.

Il-plejer lagħab fit-tieni logħba tal-playoff semi finali tal-bieraħ li fiha il-plejer ta’ Neptunes skorja wkoll fil-konfront. Neptunes rebħu 11-7 kontra Sliema u allura peress li rebħu żewġ logħbiet minn tlieta tal-playoffs, issa qatgħu passaġġ għall-finali kontra Sliema ukoll fuq l-aħjar minn tliet logħbiet.

L-Ewwel logħba tal-finali hi skedata għal nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru. TVM Sport għandu informazzjoni li l-plejers ta’ Neptunes intalbu joqogħdu fi kwarantina u allura l-ewwel logħba tal-finali ma tistax tintlagħab għaliex l-14-il ġurnata kwarantina jintemmu l-Ħadd 4 ta’ Ottubru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com