Plejer Ta’ Neptunes Talab Lil Uffiċċjal Tal-Klabb Biex Jagħmel ‘Swab Test’… Wieġbu Biex Iħallieh Għas-Sibt!!!

 Plejer Ta’ Neptunes Talab Lil Uffiċċjal Tal-Klabb Biex Jagħmel ‘Swab Test’… Wieġbu Biex Iħallieh Għas-Sibt!!!

Mal-ġurnata tal-bieraħ L-ASA (Aquatic Sports Association) ippublikat il-fixtures għall-kumplament tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat liema finali tara lil ġirien San Giljan kontra Neptunes min minnhom ser ikun l-aħjar minn tliet logħbiet li huma skedati li jintlaghabu.

Skond il-fixtures ippublikati, l-ewwel logħba bejn il-finalisti hija skedata għal nhar it-Tlieta 6 ta’ Ottubru. Dan ifisser li ser tintlaghab jumejn wara li tintemm il-kwarantina għat tim ta’ Neptunes li fil-mument jinsabu f’iżolament peress li plejer minn tagħhom instab pożittiv għal Covid-19.

Informazzjoni li waslet għand dan is-sit jidher li minħabba li t-tim ta’ Neptunes mhux qed jittrenja, l-Klabb diġà talab lill-ASA sabiex l-ewwel finali minn tlieta tkun posposta għall-11 ta Ottubru sabiex it-tim ikollu ċans jagħmel aktar sessjonijiet ta’ taħriġ u mhux żewġ sessjonijiet biss. Liema deċiżjoni ġiet diskussa l-bieraħ waqt laqgħa virtwali li sejħet l-ASA fejn iltaqgħet mal-presidenti kollha tal-klabbs. Din it-talba jidher li ma ntlaqgħetx tajjeb mal- maġġoranza preżenti kif ukoll ebda deċiżoni finali ma ttieħdet.

Bil-ħruġ tal-fixtures tal-ASA, seta’ ta indikazzjoni li L-ASA mhux se tieħu ebda azzjoni ta’ dixxiplina fil-konfront tal-Klabb ta’ Neptunes fuq il-kwistjoni ta’ kif ġrat eżattament is-sekwenza tal-każ, biss dan is-sit huwa infurmat li l-ASA qed teżamina fid-dettal dak li ġara biex kif u jekk ser tittieħed xi deċiżjoni, tkun waħda konformi ma’ l-istatut.

Neptunes intant fi stqarrija li ħarġu tard ilbieraħ filgħaxija, ikkonfermaw li l-player involut ġie sospiż b’effett immedjat sa tmiem dan l-istaġun, kif ukoll ikkonfermat li wieħed mill-membri tal-klabb ta r-riżenja tiegħu sakemm tiġi meħuda deċiżjoni rigward l-involviment tiegħu.

Intant dan is-sit ukoll jista’ jikkonferma li l-player involut għamel kuntatt ma’ wieħed mill-uffiċċjali tal-Klabb ta’ Neptunes fejn talbu biex mal-ġurnata tal-ġimgħa jmur jagħmel Swab Test bir-risposta tal-uffiċċjal involut tkun biex jistenna sal-ġurnata tas-Sibt minhabba li l-ġimgħa kellhu jilgħab is-semifinali kontra Sliema.

Ritratt: Neptunes WPSC (Nota: Il-persuni li jidhru fir-ritratt ma jfissirx li huma l-persuni relatati mal-każ.)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com