Steve Borg U Matthew Guillaumier Jiddominaw L-MFPA Awards

 Steve Borg U Matthew Guillaumier Jiddominaw L-MFPA Awards

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa 16 ta’ Setembru saru l-MFPA Awards; ċerimonja li saret b’mod virtwali fejn b’kollox ingħataw 27 unur.

Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ din is-serata, ingħataw żewġ Special Awards, wieħed lil Charlot Lanzon u Walter Sargent, talli salvaw il-ħajja ta’ Yau-Mun Law, u ieħor lil Dorianne Theuma, talli hija l-ewwel u l-unika mara li lagħbet 100 logħba mat-tim nazzjonali Malti.

Il-Merit Award mar għand Pierre Brincat għal kontribut imprezzabli li ta lill-futbol tan-nisa f’Malta. Matul is-serata rajna unur ġdid jiġi introdott: il-‘Best Young Player’ mid-diviżjoni femminili li ngħata lil Haley Bugeja. L-MFPA Best Eleven awards, intrebħu minn ħafna uċuħ ġodda.

L-ikbar rebbieħa tas-serata kienu; Matthew Guillaumier, li rebaħ tlett unuri; wieħed minnhom il-Best Young Player mid-diviżjoni maskili, u Steve Borg li rebaħ għat-tieni sena konsekuttiva l-MFPA Best Player tas-sena.

Waqt iċ-ċerimonja, is-Segretarju Ġenerali Carlo Mamo kien akkumpanjat minn diversi players sabiex jesprimu l-ferħ tagħhom, għat-tmiem tal-Parametri f’Malta.

Il-lista kompluta tar-rebbieħa hija din:

  • Best Futsal Player: Celino Alves
  • Best First Division Player : Erjon Beu
  • Best Referee: Trustin Farrugia Cann
  • Best Coach: Vincenzo Potenza
  • Best Young Goalkeeper: Timothy Aquilina
  • Best Young Defender: Joseph Mbong
  • Best Young Midfielder: Matthew Guillaumier
  • Best Young Forward: Aiden Friggieri
  • Best Young Player Male Division: Matthew Guillaumier
  • Best Young Player Female Division: Haley Bugeja
  • Special Awards: Charlot Lanzon, Walter Sargent, Dorianne Theuma
  • Merit Award: Pierre Brincat
  • Best XI Goalkeeper: Henry Bonello
  • Best XI Right Back: Joseph Mbong
  • Best XI Left Back : Ryan Camenzuli
  • Best XI Centre Backs: Steve Borg &Enrico Pepe
  • Best XI Midfielder: Matthew Guillaumier, Jackson Mendoza, Diego Venancio
  • Best XI Forward: Mario Fontanella, Kristian Keqi, Caio Henrique Prado
  • Best Female Player Overall: Loza Abera
  • Best Male Player Overall: Steve Borg

Ritratt: MFPA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com