Valletta FC Bi Plejer Pożittiv Għall-Covid-19

 Valletta FC Bi Plejer Pożittiv Għall-Covid-19
Fuq is-sit ta’ TVM tħabbar li Valletta FC ikkonferma li hemm każ ta’ pleyer li nstab pożittiv għall-Covid-19.
Jidher li l-klabb kien mgħarraf ilbieraħ. TVM Sport ikkonferma li l-plejer huwa Malti u li lagħab fl-aħħar partita mill-Kampjonat BOV Premier kontra Balzan fejn il-Belt rebħu bi skor ta’ 1-0.
Il-fiżjoterapista tal-klabb jinsab f’iżolament volontarju peress li kien viċin il-plejer fil-partita msemmija.
Nawguraw fejqan ta’ malajr lill-plejer Belti.

Ritratt: Valletta FC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com