L-Attakanta Maltija Haley Bugeja Terġa’ Tiskorja

 L-Attakanta Maltija Haley Bugeja Terġa’ Tiskorja

Haley Buġeja, l-attakanta Maltija ta’ 16 il-sena, reġgħet niżżlet isimha fuq il-lista tal-iskorers hekk kif illum wara nofsinhar skurjat għat-tim ta’ Sassuolo FC fil-partita kontra Fiorentina.

Din hija t-tieni dehra tagħha għal Sassuolo u t-tielet gowl tagħha mat-tim wara li ftit tal-jiem ilu kienet skurjat żewġ gowls fid-debut kontra Napoli.

L-ex plejer ta’ Mġarr United ingħaqdet ma’ Sassuolo matul is-Sajf li għadda.

 

Ritratt: Sassuolo FC

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com