Malta Tirbaħ lil Ġibiltà f’Partita Ta’ Ħbiberija

 Malta Tirbaħ lil Ġibiltà f’Partita Ta’ Ħbiberija

Gowls minn Kyrian Nwoko u Triston Caruana taw l-ewwel rebħa lit-tim nazzjonali Malti taħt il-gwida tat-Taljan Devis Mangia. F’logħba esperimentali qabel l-impenn doppju ta’ Malta fil-UEFA Nations League, it-tim Malti irnexxilu jkun tajjeb kważi tul il-partita kollha sabiex akkwista rebħa li bla dubju ser tkun qed togħli l-moral tat-tim għal partiti li ġejjin.

Kien l-attakant ta’ Valletta FC Nwoko li poġġa lill-Malta fil-vantaġġ wara 8 minuti biex ir-riżultat sat-tmiem l-ewwel taqsima ma nbidilx.

Fi-tieni taqsima, Mangia introduċa numru ta’ plejers oħra bil-midfielder ta’ Valletta FC Triston Caruana jiskorja t-tieni gowl mat-tokki ta’ disgħin minuta.

Malta tkun fl-azzjoni nhar is-Sibt li ġej f’logħba oħra mill-UEFA Nations League din id-darba kontra Andorra.

Ritratt: Domenic Aquilina / MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com