Mietulu l-Ġenituri F’Inċident Tat-Traffiku… Min Adottah M’Aċċettahx Li Hu Gay

 Mietulu l-Ġenituri F’Inċident Tat-Traffiku… Min Adottah M’Aċċettahx Li Hu Gay

Żgur li sa issa rajtuh xi darba jew oħra f’xi ritratt mal-preżentatur Ivan Gaffiero. Qed nirreferi għal Robert Coman li qed narawh jimmudella mhux biss f’avvenimenti ta’ Ivan Gaffiero stess imma anke mqabbad minn kumpaniji oħra.

Iżda mhux kollox kien ward u żahar għal Robert. Il-ġenituri tiegħu mietu b’inċident tat-traffiku u trabba minn familja oħra. Ma’ din il-familja stqarr li ma sabx kuntentizza. Kompla ġara li meta kiber, propju ftit xhur ilu ddeċieda li jgħidilhom li hu gay. Minn hemm ‘il quddiem, ħajtu tbiddlet f’infern u kien anke jiġi kkastigat minn din il-familja li rabbietu għaliex m’aċċettawhiex.

Fi Frar li għadda nzerta l-profile ta’ Ivan Gaffiero fuq facebook fejn iddeċieda li jagħmel kuntatt miegħu. Ivan Gaffiero ħaseb li hu xi fake profile… iżda ma kienx, u llum ir-relazzjoni tagħhom tixhed dan kollu.

Propju jumejn wara li ġie Malta mill-Ungerija, ingħalaq l-ajruport minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u l-koppja tqis li dan kellu jkun id-destin tagħhom għaliex illum jinsabu kuntenti flimkien.

Tinstema’ storja tal-kotba imma seħħet fir-realtà. It-tnejn isostnu li jħossuhom familja; speċjalment Ivan malli jara l-familja miġbura flimkien mat-tfal.

Minn StradaRjali.com, Awguri tassew lilkom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com