Tinwketax Jekk Tkun Għadek Żgħir U Ma Jqumx Sew… Hemm X’Tagħmel.

 Tinwketax Jekk Tkun Għadek Żgħir U Ma Jqumx Sew… Hemm X’Tagħmel.

Matthew Bartolo minn Sex Clinic Malta qalilna li din problema li llum sirna narawha mhux ftit fil-klinika.

Hemm raġunijiet varji għala raġel ibati minn problema ta’ erezzjoni. Din tista’ tkun is-saħħa fiżika. Jekk forsi tqawwejt xi naqra, forsi waqqaft l-eżeriċizzju, m’intix torqod biżżejjed, qed tpejjep, jew sitwazjonijiet oħra li jaffetwaw s-saħħa fiżika tiegħek. Jekk saħħtek mhux qed tieħu ħsiebha, din ser taffetwa l-abbiltà u l-kwalità tal-erezzjoni.

Jekk is-saħħa mentali tiegħek bħalissa mhux qiegħda sew, din ukoll ser taffetwa s-saħħa tal-erezzjoni tiegħek. Jekk għaddej minn żmien diffiċli, qed tbati minn problemi ta’ saħħa mentali, jew għandek ħsieb qed itaqqlek, tkellem ma’ xi ħadd.

X’tip ta’ lifestyle qed tgħix? Qed taħdem wisq? Qed tasal id-dar dejjem tard? Qed tiprova tlaħħaq m’alla u max-xitan? Qed tkewwes bil-coke, qed tixrob jew tpejjep wisq? Qed tara ħafna pornografija?

L-effett ta’ dawn hu problemi fl-erezzjoni. Meta rġiel jaraw ħafna pornografija u jimmasturbaw ikunu qed jaffettwaw s-sensittività tal-parti tagħhom u anke l-mod kif iħarsu lejn is-sesswalità. Minix nitkellem dwar min jara pornografija jew jimmasturba darba kultant, iżda min jagħmel dan ta’ spiss.

Nistiednek tirrifletti ftit dwar kif qed tagħżel li tgħix is-sesswalità tiegħek. Is-sess xi jfisser għalik? Saret kompetizzjoni miegħek innifsek li tgħabbi kemm tiflaħ? Qed tuża s-sess biex taħrab minn problemi oħra? Qed tisforza lilek innifsek biex ikollok x’taqsam ma’ xi ħadd biex ma taqax għaċ-ċajt?

Ġisimna kultant jurina x’inhu tajjeb għalina, u x’mhux tajjeb għalina. Jista’ jkun li s-Sur Pene qed jgħidlek taħsibha sew din hix il-persuna għalik? Jista’ jkun li wasal żmien fejn toqgħod naqra lura u tirrifletti naqra int fil-verità xi trid?

“Illum, iktar minn qatt qabel sirt nemmen li ġisimna jurina x’inhu tajjeb għalina”, qalilna Matthew. Għalhekk, jekk int u taqra dan l-artiklu qed tinduna li jaf hemm waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet, nħeġġek tieqaf ftit u tirrifletti flok tibla’ pirmli, jew jelly, biex tgħatti l-problema.

Dan l-artiklu sar bil-kollaborazzjoni ma’ Matthew Bartolo li huwa counsellor li jispeċjalizza fis-sess u r-relazzjonijiet. Jissejjaħ ukoll sesswologu. Inħeġġukom ukoll iżuru https://www.facebook.com/sexclinicmalta għal konsultazzjoni privata u professjonali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com