AAA: Kull Għajnuna Hija Mmensament Apprezzata

 AAA: Kull Għajnuna Hija Mmensament Apprezzata

L-AAA (Association for Abandoned Animals) għadha kif ħarġet ringrazzjament uffċċjali lill-klinika veterinarja ta’ Dr. Trevor, ġewwa Ħ’Attard, li ġentilment offriet donazzjoni ta’ 210 euro lil din l-assoċċazzjoni.

 

L-AAA hija assoċċazzjoni li għal diversi snin ilha toffri kenn lil klieb stray jew li ġew abbandunati u/jew maltrattati, bit-tama li anke dawn eventwalment jiġu addottati. F’dawn l-aħħar snin, l-AAA irrilokat ġewwa Birżebbuġia u għandha diversi faċilitajiet biex dawn il-klieb ikollhom ħajja ta’ iktar kwalità.

Dan ix-xelter jiddependi ħafna kemm fuq il-voluntiera tiegħu u anke fuq donazzjonijiet tan-nies, biex ikompli jagħti l-aħjar ħajja lil dawn il-klieb

Jekk interessat taddotta kelb, tista’ tikkuntattja lill-AAA hawnhekk

Jew inkella tista’ tgħin b’modi oħra billi:

  1. Tisponsorja Kelb
  2. Billi tagħti donazzjoni, inkluża l-għażla tar-REVOLUT (0035679730921)

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com