Aktar Tibdil Fil-Ministeri… Taslilna L-Aħħar Informazzjoni!

 Aktar Tibdil Fil-Ministeri… Taslilna L-Aħħar Informazzjoni!

L-aħħar informazzjoni li waslitilna hija din kif miktuba hawn taħt. Nistennew minn ħin għall-ieħor li tkun uffiċjali.

Julia Farrugia Portelli: Ministeru tal-Persuni B’Diżabbilità u Inklużjoni li huwa Ministeru ġdid. (Se jsir Ministeru flok Segretarjat)

Michael Farrugia: Ministeru tal-Anzjani u Anzjanità Attiva. (Se jsir Ministeru flok Segretarjat)

Owen Bonnici: Ministeru tal-Innovazzjoni u r-Riċerka.

Miriam Dalli: Ministeru tal-Enerġija u Malta Enterprise.

Id-Dipartiment tal-artijiet ma baqax taħt Ian Borg u ser jaqa’ taħt Aaron Farrugia li baqa’ fl-istess Ministeru.

Chris Agius żamm l-istess portafol u se jkun responsabbli mill-kostruzzjoni iżda ser jagħmel parti mill-Ministeru ta’ Aaron farrugia.

Silvio Schembri ġie fdat b’aktar responsabbiltà b’Ministeru akbar fejn filwaqt li tneħħew mir-responsabbiltajiet tiegħu l-AirMalta u l-Malta Enterprise, żdiedu taħt il-portafol tiegħu l-Awtorità tad-Djar u l-Ekonomija Diġitali.

Hemm probabbiltà li l-Air Malta ser tgħaddi mal-Ministeru tal-finanzi li ser ikun immexxi minn Clyde Caruana.

 

Ritratt: Facebook/ Robert Abela

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com