Bil-Filmat: Arrestat Raġel Perikoluż Fil-Pietà Wara Operazzjoni Drammatika Li Damet Iżjed Minn 6 Sigħat

 Bil-Filmat: Arrestat Raġel Perikoluż Fil-Pietà Wara Operazzjoni Drammatika Li Damet Iżjed Minn 6 Sigħat

Sitt sigħat ta’ drama u xeni tal-films fi Triq il-Qrejten f’tal-Pietà meta raġel perikoluż u armat beda jhedded li se joqtol lin-nies.

Ir-raġel, mis-Serbja hu meqjus bħala perikoluż ħafna.

Il-każ beda jiżviluppa l-Ħadd filgħaxija, għall-ħabta tas-7pm, meta r-raġel jidher li kellu argument fit-triq u kisser ukoll karozza li kienet ipparkjata. Kien hawn li ssejħu l-Pulizija u r-raġel irreżista l-arrest u ssakkar fid-dar tiegħu flimkien ma’ kelb tal-ġlied. Kien hawn li l-Pulizija bdiet tiċċrkonda r-residenza u fl-istess waqt il-Pulizija bdiet tinnegozja mar-raġel, iżda kien kollu għalxejn. Għall-ħabta tas-2am ittieħdet id-deċiżjoni li l-Pulizija tidħol id-dar bil-forza.

Jidher li l-pulizija tal-SIU tefgħu flashbanks lejn id-dar tas-Serb biex b’hekk huwa kien diżorjentat u saret iżjed faċli għall-pulizija li tarresta lir-raġel li kien armat.

Ftit tal-ħin wara r-raġel ġie arrestat u ttieħed lejn id-Depot għal iżjed stħarriġ.

Għal xi ħin fuq il-post deher il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.

Ara l-filmat li nġibed minn wieħed mir-residenti ta’ Triq il-Qrejten fil-ħin tal-arrest.

https://www.facebook.com/ChrisXMalta/videos/1124070971361027

https://www.facebook.com/abelawadgealan/videos/1074408582998168

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com