Bil-Filmat: Presepju Magħmul Minn Materjali Riċiklabbli

 Bil-Filmat: Presepju Magħmul Minn Materjali Riċiklabbli

Din is-sena, l-avveniment ta’ ‘Science in the City’ qiegħed isir onlajn bħal ħafna avvenimenti oħra. Il-parteċipanti ssottomettew vidjo tal-proġetti li ħadmu fuqhom. Fost dawn il-parteċipanti hemm l-Aġenzija Sapport, l-aġenzija nazzjonali li tipprovdi servizzi lill-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom.

Wieħed mill-proġetti tal-aġenzija huwa ‘Sharing Lives’ li huwa mmirat sabiex iwassal il-messaġġ li persuni b’diżabilità jistgħu jgħixu ħajja mimlija bħal kull individwu ieħor. Permezz ta’ dan, qiegħdin jieħdu sehem fl-avveniment ta’ ‘Science in the City’ billi ħolqu presepju magħmul minn materjali rriċiklati.

Araw dan il-filmat fejn juri l-proċess sabiex inbena dan il-presepju.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com