BOV: Onorati li Konna Parti Mill-Proġett ta’ Konservazzjoni

 BOV: Onorati li Konna Parti Mill-Proġett ta’ Konservazzjoni

BOV joħroġ stqarrija dalgħodu fejn jgħid li jinsab sodisfatt li l-bank għen fi proġett li ra 8 dokumenti storiċi jiġu kkonservati permezz ta’ proċess speċifiku. Il-proġett sar mill-Fundazzjoni Arkivji Nutarili u ġie mmexxi minn Dr. Theresa Żammit Lupi.

Wieħed mid-dokumenti jmur lura għall-kuntratt oriġinali tat-twaqqif tal-bank Anglo-Maltese fl-1819. Dan kien wieħed fost l-erba’ banek li fil-futur ingħaqdu bħala l-bank wieħed li nafu llum bħala Bank Of Valletta.

Konsulenta Storika tal-Arkivji Nutarili Dr Joan Aabela flimkien ma’ Dr Keith German, in-Nutar Ewlieni tal-Gvern, ilbieraħ urew dawn id-dokumenti kkonservati lid-diretturi tal-BOV Dr Diane Bugeja u Charles Azzoppardi.

Ritratt: BOV

https://www.facebook.com/243013872440622/posts/4547788205296479/?d=n

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com