Christina Perri Titlef Lil Bintha Mat-Twelid

 Christina Perri Titlef Lil Bintha Mat-Twelid

Il-kantanta Amerikana ta’ 34 sena taqsam aħbar ta’ qsim il-qalb b’messaġġ emozzjonali lis-segwaċi tagħha:

Christina Perri, mifhum li kellha madwar 32 ġimgħa tqala, ħabbret li t-tarbija tagħha ‘twieldet siekta’ fit-tielet trimestru hekk kif soffriet kumplikazzjonijiet fit-tqala “wara li ġġieldet tant biex tiġi fid-dinja tagħna”.  Il-koppja ħarġet l-aħbar devastanti permezz ta’ ritratt tagħha u tar-raġel Paul Costabile jżommu jdejn it-tarbija tagħhom. Lura f’Jannar Christina sofriet korriment devastanti meta kellha 11 -il ġimgħa tqala.

Christina Perri hija l-aktar magħrufa għas-singles ta’ suċċess ‘Jar of Hearts’ u ‘A Thousand Years’, u ħarġet tliet albums fosthom ‘Lullabies & Sing-a-Longs’ iddedikat lil bintha Carmella.

Kuraġġ u ħafna mħabba, speċjalment lil min din l-istorja messitu mill-qrib!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com