COVID-19: Il-Maġġoranza Tal-Poplu Huwa Kontra L-Lockdown

 COVID-19: Il-Maġġoranza Tal-Poplu Huwa Kontra L-Lockdown

Skont survey riċenti, il-maġġoranza ta’ 53.3% tal-poplu Malti huwa kontra l-lockdown, flimkien ma’ 9.1% ta’ nies li huma inċerti dwar jekk għandiex tittieħed din il-miżura jew le.

Flimkien ma’ pajjiżi oħra fl-Ewropa, Malta rat żieda kbira fil-każijiet ġodda tal-Covid-19 f’dawn l-aħħar xhur, u b’hekk ħafna jistaqsu jekk l-imwiet ta’ xi wħud setgħux jiġu jew għandhom il-potenzjali li jiġu evitati b’miżuri ta’ lockdown.

Min hu kontra dawn il-miżuri jisħaq fuq id-deterrent tas-saħħa mentali kif ukoll dak ekonomiku li ġġib magħha miżura bħal lockdown.

Il-prim ministru Robert Abela ikkonferma wkoll f’dawn l-aħħar jiem li l-lockdown mhux ser isir

Lara Calleja

Lara Calleja

https://www.stradarjali.com

Lara hija Skaliża, u temmen li l-kelma miktuba għandha s-saħħa tkisser ħitan u tiftaħ konfini ġodda. Tħobb il-lingwa Maltija, il-mewġ fix-xitwa, l-ispazji miftuħa, il-kotba u l-istejjer tan-nies ta’ kuljum. Għandha għal qalbha l-ġustizzja u l-kuxjenza soċjali.