Daniel Holmes Joħroġ Ktieb Dwar L-Esperjenza Tiegħu Fil-Ħabs

 Daniel Holmes Joħroġ Ktieb Dwar L-Esperjenza Tiegħu Fil-Ħabs

Daniel Holmes ilbieraħ waqt l-aħħar ġurnata tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, ġie mistieden jitkellem fuq it-tnedija tal-ktieb tiegħu ‘A Memoir From Malta’s Prison – From A Cage,  On A Rock, In A Puddle.’

Holmes kien frott ta’ ħafna headlines f’Malta fejn fl-2011 ġie inkriminat u arrestat għal għaxar snin u nofs fuq pussess ta’ pjanti tal-kabbanis, li, kif jgħid Holmes, kien ikabbar għall-użu personali.

F’din l-intervista li saret online ilbieraħ, Holmes jispjega kif l-esperjenza tiegħu f’Kordin kienet waħda ferm trawmatika. Xi snin qabel, Holmes  kien issetilja f’Għawdex biex ikollu ħajja fil-paċi, u minflok spiċċa maqbud f’uragan ta’ sistema ġudizzjarja li ħass li fallietu.

Dan mhux biss għax ġie inġustament inkriminat għal dawk is-snin kollha, imma anke għax ftit tas-snin wara, din l-istess liġi ġiet reveduta u ġiet tgħid li l-pussess tal-kannabis għall-użu personali ma baqgħetx tiġi meqjusa bħala att kriminali. Però Holmes xorta baqa’ jaffaċja din is-sentenza kiefra tiegħu fil-ħabs.

Holmes li llum għadda s-sentenza kollha tiegħu l-ħabs u jinsab lura ma’ martu u bintu ġewwa Wales,  jispjega li din it-trawma mhux talli ħalliet marki fiżiċi fuqu imma anka mentali.

Ritratt: Daily Mirror

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com