Elezzjoni Stati Uniti 2020: Ir-Riżultat Mhux Ċar! X’ġara?

 Elezzjoni Stati Uniti 2020: Ir-Riżultat Mhux Ċar! X’ġara?

Jidher ċar li se jkollna nistennew aktar biex inkunu nafu min se jkun il-President li jmiss tal-Istati Uniti, jekk hux 4 snin oħra ta’ Donald Trump jew jekk hux se jirbaħ Joe Biden, dan għaliex wara diversi sigħat mill-ħin li għalqu l-postijiet tal-votazzjoni u beda l-għadd tal-voti, jidher li jinsabu viċin ħafna u għalhekk hemm bżonn li jkompli l-għadd f’diversi stati li għadhom mhux deċiżi.

Min jirbaħ?

Jirbaħ il-President li jġib il-270 siġġu elettorali, iżda waqt li bħalissa Biden jidher fil-vantaġġ b’220 siġġu u Trump warajh b’213, dan ma jfisser xejn! Dan għaliex bl-Istati li għadhom mhux ċerti, jista’ jinbidel kollox.

X’qal Trump

Trump ħareġ jgħid “irbaħna din l-elezzjoni”, iżda żied jgħid li l-avversarji iridu “jisirqu” din ir-rebħa li “kienet ċerta”.

Trump żied jgħid li dan huwa “frodi fuq il-pubbliku, u li jimbarazza l-pajjiż”, sostna li jsir jmur il-Qorti Suprema u li jrid li tieqaf il-votazzjoni.

X’qal Biden

Biden kien l-ewwel li ħareġ jitkellem pubblikament u ħeġġeġ in-nies biex ma jaqtgħux qalbhom għax jinsabu viċin li jirbħu.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com