Bil-Filmat: Franza Tirbaħ il-Junior Eurovision 2020

 Bil-Filmat: Franza Tirbaħ il-Junior Eurovision 2020

Ilbieraħ fil-Polonja seħħ il-Junior Eurovision Song Contest 2020, fejn rat it-12-il membri ċkejkna jikkompetu għall-premju.

Rebbieħa Finali

Ir-rebbieħa Finali ħaditu l-kantanta Valentina ta’ 11-il sena minn Franza, bid-diska tagħha J’Imagine. Il-kanzunetta titkellem fuq is-sens ta’ iżolament u dieqa li ġabet magħha l-pandemija COVID-19 filwaqt li ġġib magħha messaġġ ta’ tama.

Riżultati Finali tal-Junior Eurovision Song Contest 2020

Il-kanzunetta Maltija Chasing Sunsets kantata miż-żgħira Chanel Monseigneur ġiet ikklassifikata it-tmien post. Ħafna sapporters ilbieraħ bagħtu messaġġi ta’ kuraġġ u prosit fuq il-paġni tal-midja soċjali tal-istess kantanta.

  1. Franza – 200

  2. Kazakhstan – 152

  3. Spanja – 133

  4. L-Olanda – 132

  5. Belarus – 130

  6. Ġeorġja  -111

  7. Ukraina – 106

  8. Malta – 100

  9. Polonja – 90

  10. Russja – 88

  11. Serbja – 85

  12. Ġermanja – 66

Ritratt: Junior Eurovision

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com