“Għaddiet Sena Eżatt Mill-Attakk Tal-Qalb Qawwi” – Twanny Scerri

 “Għaddiet Sena Eżatt Mill-Attakk Tal-Qalb Qawwi” – Twanny Scerri
Il-preżentatur fabbli u maħbub ta’ Radju Calypso, Twanny Scerri kiteb fuq facebook dwar esperjenza daqsxejn qarsa li għadda minnha bħal-lum sena.
“Bħal-lum sena eżatt kont sejjer ħdejn il-Bambin! Però l-Ħallieq qalli li għalissa mhux se jeħodni! Għaddiet sena eżatt mill-attakk tal qalb qawwi!”, kiteb filwaqt li tenna li kiteb dan biex jagħti kuraġġ lill-oħrajn.
Għalkemm sena wara, Twanny reġa’ rringrazzja lit-tim mediku kollu li ħa ħsiebu fosthom: il- Polyclinic ta’ Raħal Ġdid, Cardiac Intensive Care Unit u CCU tal-isptar Mater Dei u finalment lill-Mulej!

Nammirawk Twanny għall-ġest altruwist tiegħek li tagħti kuraġġ lil ħaddieħor kif ukoll għall-fatt li turi gratitudni lejn min għenek fil-mument. Awguri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com