Ikla Bejn Il-Ħbieb Spiċċat Biex Qatlet Lil Missieri

 Ikla Bejn Il-Ħbieb Spiċċat Biex Qatlet Lil Missieri

Il-blogger Tony Wright irrakonta l-esperjenza tal-mewt ta’ missieru wara li attenda ikla li lkoll ħasbu li ma kienitx ta’ periklu.

Huwa rrakonta kif fil-bidu tal-pandemija l-ġenturi tiegħu bdew joqgħodu ħafna d-dar u kienu qed jevitaw kull tip ta’ ħruġ. Iżda meta l-pandemija battiet għal ftit żmien, reġgħu bdew joħorġu… bdew jagħmlu xi qadi, bħax-xiri. Dejjem libsu l-maskra meta ħarġu u baqgħu joqgħodu attenti, iżda ftit ftit, hekk kif il-każijiet bdew jonqsu, reġgħu bdew jagħmlu attivitajiet li kienu ilhom ma jagħmlu xhur sħaħ.

Intant, xi ħadd mill-ħbieb li kien jattendi l-grupp reliġjuż li ilhom jattendu huma għal dawn l-aħħar 35 sena, marad serjament b’mod terminali. B’hekk dan il-grupp żgħir ta’ ħbieb iddeċieda li jiltaqa’ għal ftit ħin fid-dar ta’ omm u missier Wright, hekk jekk b’hekk il-każijiet attivi kienu naqsu u r-riskju kien jinħass żgħir.

Iltaqgħu, kielu u xorbu, u b’hekk kellhom jinżgħu l-maskra għal ħafna mill-ħin.

Wieħed mill-ħbieb li attenda kellu l-virus, iżda ma kienx jaf. Mingħajr suspett ta’ dan għamlu siegħat jitkellmu, jidħqu u jiddevertu ftit flimkien wara xhur sħaħ ma jiltaqgħux.

Ftit tal-jiem wara, waqt li Tony kien qed jiekol mal-familja tiegħu, ċempillu missieru u qallu li ommu kienet pożittiva għall-Covid-19. Ftit tal-ħin wara qallu li anki hu pożittiv. Il-missier, pożittiv għal Covid-19, qal lil ibnu li jħossu tajjeb u qallu wkoll li jekk jibqa’ hekk se jkun kuntent ħafna. Pero’ ma baqax hekk. Ġimgħa wara niżel drastikament l-ossignu f’ġismu u kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Wara ġimgħa l-isptar ma għamilx kambjament, minkejja li t-tobba pruvaw kollox. Tony rah fuq telefonata bil-vidjow u xxukja ruħu meta ra l-istat li fih kien missieru.

B’dispjaċir l-aħħar darba li ra lil missieru kellu jkun fuq vidjow.

Tony Wright kiteb din il-post sabiex jappella biex fil-festi li ġejjin inkunu viġilanti u ma nħallux il-pjaċir ta’ ikla waħda jisraq lill-għeżież tagħna.

Aqra l-blog post ta’ Tony Wright hawn:

https://tonywright-80709.medium.com/a-dinner-party-killed-my-dad-218101b758b4

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com