Il-Kelba Li Ttajjret IlBieraħ Fil-Gudja Mietet Dalgħodu

 Il-Kelba Li Ttajjret IlBieraħ Fil-Gudja Mietet Dalgħodu

Storja li rrapporta l-portal Strada Rjali lbieraħ dwar kelba li ttajjret fil-limiti tal-Gudja, kellha tmiem xejn pjaċevoli dalgħodu.

Sid il-kelba, Sarah Abela, kitbet fuq il-paġna ta’ Facebook RUBS PUPPY LOVE fejn qalet li l-kelba tagħha Lola mietet dalgħodu u issa tinsab f’post aħjar.

Abela qalet li tinsab iddispjaċuta bit-tmiem “orribbli u traġiku” tal-ħajja ta’ din il-kelba, filwaqt li rringrazzjat lil kull min waqaf jgħin lil Lola lbieraħ wara li ttajjret minn sewwieq li baqa’ sejjer.

Ritratt: Facebook/ RUBS PUPPY LOVE/ Sarah Abela

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com