Il-PM Jeskludi Lockdown Totali f’Malta U Għawdex

 Il-PM Jeskludi Lockdown Totali f’Malta U Għawdex

Il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jagħmel lockdown totali mal-pajjiż kollu hekk kif irrapportat fil-gazzetti bl-Ingliż u fuq il-midja soċjali.

Dr Abela qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar investiment fil-qasam industrijali ta’ €470 miljun. Huwa xejjen għal kollox dik li ngħad li hi lista ta’ miżuri restrittivi ħorox li kien biħsiebu jdaħħal il-Gvern fosthom dik ta’ lockdown.

“Ma nafx minn fejn ġiet iżda nista’ nikkonferma li aħna m’għandna l-ebda intenzjoni li nagħmlu lockdown totali.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern huwa sensittiv għan-negozji li qegħdin ibatu minħabba l-miżuri restrittivi li ddaħħlu fl-aħħar jiem u sostna li issa mhux iż-żmien li nirrilassaw dawn il-miżuri restrittivi biex inwaqqfu l-firxa tal-Covid-19.

“Ħarsu lejn kif Malta qiegħda topera waqt li bosta pajjiżi fid-dinja qegħdin isejħu għal lockdown totali. Bis-saħħa tar-restrizzjonijiet li daħħalna qed jirnexxielna nżommu bilanċ delikat bejn is-saħħa tan-nies u l-għajxien tal-familji u n-negozji f’pajjiżna”, qal il-Prim Ministru.

Wissa li dan ma jfissirx li għandna l-libertà li nirrilassaw. Huwa qal li s-sitwazzjoni hija tajba iżda din tista’ tinbidel malajr. Qal li t-tneħħija tal-miżuri restrittivi jistgħu jwasslu għal oħrajn aktar ħorox ‘il quddiem u din mhix xi ħaġa li l-gvern jixtieq jagħmel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com