Il-Pm Jinkariga Lil Heritage Malta Biex Isir Monument Lil Oliver Friggieri

 Il-Pm Jinkariga Lil Heritage Malta Biex Isir Monument Lil Oliver Friggieri

Il-Prim Ministru Robert Abela inkariga lil Heritage Malta biex kif inhu doveruż isir monument f’ġieħ il-Professur Oliver Friggieri, ġgant tal-letteratura u tal-identità nazzjonali Maltija.

Dr Abela ħabbar li l-ġimgħa d-dieħla, Heritage Malta se tkun qed toħroġ sejħa għall-proposti biex l-artisti jkunu jistgħu jieħdu sehem f’din l-inizjattiva biex isir dan il-mafkar.

“Ismu se jibqa’ mfakkar u nħoss li dan il-mafkar jagħti ftit mill-ħajr li jixraq lil dan l-iprem Malti”, qal il-Prim Ministru.

F’isem il-Gvern u l-poplu Malti u Għawdxi, il-Prim Ministru Abela tenna r-ringrazzjament tiegħu lejn il-Prof. Oliver Friggieri għall-kontribut bla qies li ta lil dan il-ġens b’mod partikolari fl-iżvilupp tal-ilsien u l-letteratura Maltija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com