Bil-Filmat: Is-Sewwieq tal-Formula 1 Li Nqabad F’Ballun Nar “Qed Jirkupra Tajjeb”!

 Bil-Filmat: Is-Sewwieq tal-Formula 1 Li Nqabad F’Ballun Nar “Qed Jirkupra Tajjeb”!

Is-sewwieq tal-Formula 1 Romain Grosjean tat-tim Haas jinsab tajjeb bi ftit ġrieħi fil-pala ta’ idu wara li lbieraħ fil-Grand Prix tal-Bahrain kellu inċident serju li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi.

Kif jidher f’dan il-filmat, fil-bidu tat-tellieqa, il-karozza ta’ Grosjean ntlaqtet minn wara minn karozza oħra, bis-sewwieq jitlef il-kontrol u ħabar mal-barrieri b’konsegwenza li mal-impatt il-karozza nqasmet fi tnejn u saret ballun nar, bis-sewwieq jirnexxielu joħroġ min-nar ftit sekondi wara waħdu, mingħajr ebda ġrieħi serji.

Grosjean ittieħed l-isptar minħabba ħruq li sofra f’idu imma dalgħodu f’filmat fuq instagram qal li jinsab tajjeb ħafna u rringrazzja lil dawk kollha li kitbulu l-messaġġi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com