Ivan Brincat President Ġdid tal-MBSA

 Ivan Brincat President Ġdid tal-MBSA

Fl-akkademja tal-isnuker fil-Ħamrun, ilbieraħ saret il-Laqgħa Ġenerali tal-Malta Billiards & Snooker Association fejn Ivan Brincat ġie maħtur bħala President tal-stess Assoċjazzjoni. Brincat għeleb l-isfida ta’ Kevin Vella fejn ġab 78 fil-mija tal-voti u b’hekk ser ikun qed jieħu post Frans Bugeja li serva bħala President għal diversi snin.

Brincat ser ikun asstit minn Joseph Zerafa Viċi-President, Andrea Aquilina Segretarju Ġenerali, Lothar Mallia Direttur Finanzjarju, Cameron Farrugia uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi, filwaqt li Terry Camilleri u Maurice Calleja bħala membri.

Waqt lis-stess laqgħa ġie approvat ukoll terminu ġdid sabiex il-kumitat eżekuttiv iservi għal tlett snin u mhux iżjed għal sentejn.

Frans Bugeja ser ikun qed jinħatar President onararju tal-istess assoċjazzjoni.

Ritratt: MBSA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com