Jekk Tispiċċa Maħtuf, X’Għandek Tagħmel?

 Jekk Tispiċċa Maħtuf, X’Għandek Tagħmel?

Kull sena, eluf ta’ nies jispiċċaw f’idejn persuni li jużawhom bi skop ta’ traffikar, kemm fl-istess pajjiż u kemm biex isifruhom. Waħda minn dawn ir-raġunijiet hija li l-persuna tkun mġegħla tiżżewweġ.

Fl-Ingilterra nħolqot għaqda bl-isem ta ‘Karma Nirvana’. L-għan ta’ din l-għaqda hija li toffri għajnuna lil dawn il-vittmi ta’ abbuż u anke żwieġ sfurzat. Ġew b’idea biex tkun tista’ tinforma lill-awtoritajiet bil-periklu li tinsab fih. Din hija billi titfa’ kuċċarina fil-ħwejjeġ ta’ taħt.

Din taħdem billi meta tkun għaddej mill-‘metal detectors’ ġewwa ajruport, dawn jibdew idoqqu u b’hekk il-persuna tittieħed ġo kamra sigura għal aktar investigazzjoni. Meta tkun f’din il-kamra, tista’ titkellem mal-uffiċjali tas-sigurtà b’mod kunfidenzjali u tinfurmahom bil-periklu li tinsab fih.

 

Ritratt: Karma Nirvana / BoredPanda.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com