Jintemm Il-Kampjonat Tal-Kwart Ta’ Mil

 Jintemm Il-Kampjonat Tal-Kwart Ta’ Mil

Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-kwart ta’ mil magħruf aħjar bħala Enemed National Drag Racing Championship. Dan huwa rawnd li s-soltu jattira numru ta’ sewwieqa barranin peress li l-avvenimenti kollha tal-kwart ta’ mil madwar l-Ewropa jkunu spiċċaw però din is-sena n-nuqqas kien wieħed sinifkanti.

Joseph Agius, Neil Caruana, Ruth Galea, Tritian Pisani, Rosello Cassar, Luke Spiteri, Karl Mifsud, Victor Felice, Juan Mula u Sandro Cutajar rebħu l-klassijiet Bracket. Anthony Vella, Tristian Pisani u Jurgen Cassar rebħu l-klassijiet Index. Matthias Caruana u Chris Polidano rebħu l-open classes. Roderick Vella rebaħ il-klassi CA6 u Wayne Muscat rebaħ il-klassi open għall-karozzi Front Wheel Drive. Daniel Micallef rebaħ il-klassi Outlaw ukoll għal-karozzi Front Wheel Drive. Tyson Debono u Patrick Cassar rebħu il-klassijiet tad-dragsters D4 u D5. Stephen Xuereb rebaħ il-klassi SM5 waqt li Glenn Busuttil rebaħ il-Klassi SM3.

Christian Pace u Emidio Vassallo rebħu l-Escort Class 2 u Escort Class 3. Ryan Scerri rebaħ il-klassi Four Cylinder Nitro u Sandro Cutajar rebaħ il-Klassi Pro-Stock 4. Nicholas Farrugia rebaħ il-klassi Open 6 u Lawrence Micallef rebaħ il-Klassi SS4.

Briegel Micallef u Chris Vella rebħu il-klassijiet bracket tal-muturi, u Joseph Grima rebaħ il-klassijiet Outlaw u Open tal-muturi.

Il-kampjonat tal-kwart ta mil mistenni li jirritorna f’Marzu.

Ritratt: MDRA / Joseph Cachia

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com