Kif Tiekol B’Mod Aktar Sustanzjuż

 Kif Tiekol B’Mod Aktar Sustanzjuż

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

F’dinja mgħaġġla m’hijiex ħaġa faċli li tiekol sustanzjuż, speċjalment jekk ma jkollokx ħin jew enerġija biex issajjar. Hawnhekk għandek issib metodi ħfief sabiex tgawdi ikla sustanzjuża li tipprovdi ħafna benefiċċji għall-ġisem.

  1. Uża’ fażola bajda mal-ismoothie: dawn fihom ammont qawwi ta’ proteina u jmorru tajjeb ħafna mħalltin mal-frott fl-ismoothie.
  2. Ħawwad żerriegħa differenti fil-butir tal-karawett: aqbad vażett tal-‘peanut butter’ u ħawwad kull tip ta’ żerriegħa fih. It-towst li jmiss se jkun mimli vitamini u proteini.
  3. Għatti l-‘herbal tea’ sakemm qed jerħi: dan minħabba iż-żjut essenzjali li fih. Jekk tħallih mikxuf, dawn jintilfu u titlef il-benefiċċji tal-‘herbal tea’.
  4. Kul iż-żerriegħa tad-dulliegħ: dawn fihom ħafna fibra u proteina. Tista’ anki tħallathom mal-ismoothie li jmiss!
  5. Sajjar il-karrotti sħaħ: dawn fihom karotina, fibra, vitamina K1, potassju u antitossiċi. il-karrotti jnaqqsu r-riskju tal-kanċer, u meta jissajru sħaħ ikollhom 25% iktar falcarinol, li jiġġieled il-kanċer.
  6. Sajjar ir-ross fil-‘green tea’: tkun qed iżżid l-antitossiċi, iżżid is-saħħa mentali, tirilassa s-sistema diġestiva u tgħin biex tnaqqas fil-piż.
  7. Meta tqatta’ t-tewm, ħallih joqgħod: dan sabiex jimmassimizza il-kwalitajiet mediċinali tat-tewm, bħal vitamina Ċ u l-antitossiċi.
  8. Ixtri tadam tal-bott: it-tadam ipproċessat jiġi maqtugħ meta jkun sar, ħamrani u mimli benefiċċji. Tadam ipproċessat huwa l-iktar li fih ‘lycopene’.

U intom, għeżież qarrejja, għandkom iktar ideat ta’ kif nieklu aħjar b’mod aktar faċli?

Veronica Mizzi

Veronica Mizzi

https://www.stradarjali.com

Veronica hija attriċi, żeffiena u mudella. Għandha għal qalbha ukoll il-kitba u l-lingwi u jaffaxinawha stejjer umani. Bħalissa qiegħda tistudja Masters fil-Marketing.