Kulħadd Ser Ikollu Data U Ħin Għall-Vaċċin Tal-Covid-19

 Kulħadd Ser Ikollu Data U Ħin Għall-Vaċċin Tal-Covid-19

Dalgħodu l-Ministru għas-saħħa Chris Fearne ikkonferma lli kull persuna ser tirċievi ittra bid-data, post u l-ħin ta’ meta għandha tmur tieħu l-vaċċin tal-covid-19. B’hekk jitnaqqsu l-kju li jistgħu jinġabru għall-vaċċin. Fl-istess ittra, se jkun hemm imniżżla wkoll id-data ta’ meta trid tittieħed it-tieni doża tal-vaċċin, hekk kif il-vaċċin kontra l-Covid-19 jrid jittieħed darbtejn.

Il-vaċċin huwa mistenni jasal Malta fl-ewwel ġimgħat tal-2021, u l-prijorità ser tingħata lit-tobba, lill-infermiera, lill-ispiżjara u lill-Pulizija etċ. Anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena wkoll se jkunu minn tal-ewwel li se jieħdu l-vaċċin. L-għan huwa li sa l-ewwel nofs tas-sena kull ċittadin ikun imlaqqam.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com