Ottubru 2020 Kien Frisk Imma Xott

 Ottubru 2020 Kien Frisk Imma Xott
It-tieni xahar tal-ħarifa meteoroloġika, Ottubru 2020 kien xahar b’temperaturi anqas mill-medja u b’inqas xita minn dak mistenni. Diversi ġranet kienu pjuttost friski minħabba r-riħ fuq.
Insibu li t-temperaturi massimi kienu madwar 1.2°C aktar kesħin mill-medja klimatika ta’ 25.2°C, filwaqt li dawk minimi kienu madwar 0.6°C aktar mill-medja klimatika ta’ 17.2°C, l-aktar minħabba umdità għolja.
L-aktar temperatura għolja rreġistrata f’Ottubru 2020 kienet 32°C (daqs ta’ Settembru 2020) fit-3 jum tax-xahar, filwaqt li l-inqas temperatura mkejla f’Ottubru kienet 14°C, irreġistrata fl-għodwiet tat-23 u t-28 jum tax-xahar.
Aqra aktar hawn:

Ritratt: Wayne Rickard

Samuel Cutajar

Samuel Cutajar

https://stradarjali.com

Samuel hu affaxxinat bl-elementi tan-natura, speċjalment minn dawk li joffri t-temp madwarna. Jieħu ħsieb paġna ewlenija dwar it-temp f’pajjiżna. Hu wkoll għalliem u ggradwa fil-psikoloġija. Jgħallem il-mużika u hu anke amministratur fi klabb tal-futbol lokali.