Proġett Fin-Naxxar B’Riżq Il-Caritas… Ħolma Oħra Se Ssir Realtà

 Proġett Fin-Naxxar B’Riżq Il-Caritas… Ħolma Oħra Se Ssir Realtà
Ilbieraħ il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ta sorpriża lil Caritas Malta waqt il-maratona ġbir ta’ fondi fejn l-Awtorità tad-Djar permezz tal-ispecialized housing fund se tkun qiegħda tiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ proġett fin-Naxxar li mingħajr dawn il-fondi kien se jibqa’ biss ħolma għall-Fondazzjoni Caritas.
Il-Ministru Roderick Galdes qal li m’hemm l-ebda distinzjoni bejn persuna jew oħra għaliex kulħadd ħaqqu ċ-ċans li jimxi ‘l quddiem.
Dan il-proġett se joffri supported housing lil persuni li jkunu segwew programm ta’ rijabilitazzjoni.
“Dan se jfisser bidu ta’ ħajja ġdida għal dawn l-individwi u l-familji tagħhom!”, tenna l-Ministru Galdes.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com