“Qalli Kemm Tixbaħha Lil Dik Il-Ħoxna Ta’ Fuq It-TV” – Maria La Barokka

 “Qalli Kemm Tixbaħha Lil Dik Il-Ħoxna Ta’ Fuq It-TV” – Maria La Barokka

Il-ġurnalista ta’ TVM Maria Muscat, magħrufa bħala La Barokka, irrakuntat li kienet f’ħanut u raġel qalilha, “kemm tixbaħa lil dik… dik il-ħoxna ta’ fuq it-TV… x’jisimha bħalissa? Barokka?”.

Hija rrakuntat li ma ħaditx fastidju u għalhekk ħallietu jkompli jgħid tiegħu.

Imbagħad qalilha, “Imma taf xiex? Int isbaħ u irqaq minnha”, minkejja li ovvjament kien qed ixebbaha magħha stess.

La Barokka għażlet li tieħu din iċ-ċirkustanza biċ-ċajt… għax wara kollox “aħjar nidqu ftit għax għandna bżonn”, qalet Maria Muscat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com