Raġel Suspettat Bi Qtil F’Santa Luċija Se Jiġi Estradit Lejn Malta

 Raġel Suspettat Bi Qtil F’Santa Luċija Se Jiġi Estradit Lejn Malta

Raġel ta’ 37 sena li jinsab imfittex b’rabta ma’ qtil li seħħ f’Marzu li għadda f’Santa Luċija mistennija jiġi estradiet mill-Marokk lejn Malta fil-jiem li ġejjin.

Samir Almiri ġie arrestat f’Casablanca ftit tal-jiem wara li seħħ il-qtil. Immedjatament wara bdew diversi proċeduri legali biex ir-raġel ikun jista’ jiġi estradiet lejn Malta u jaffaċċja l-ġustizzja.

Almiri jinsab imfittex dwar l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Victor McKeon, ta’ 62 sena li l-katavru tiegħu nsab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni, imgeżwer f’borża tal-plastik taż-żibel fil-kamra tal-banju tiegħu f’Misraħ Durrel.

Hu mifhum li l-vittma kien jgħix ma’ Almiri meta seħħ il-qtil.

Is-suspettat irnexxielju jaħrab minn Malta qabel saret is-sejba makabra fis-17 ta’ Marzu li għadda. Madankollu l-investigaturi Maltin ma damux wisq biex waslu għall-allegat suspettat bil-qtil.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com