Talli Kienu hemm Għalih Tahom Miljun Dollaru Kull Wieħed!

 Talli Kienu hemm Għalih Tahom Miljun Dollaru Kull Wieħed!

L-attur famuż George Clooney f’intervista li ta lil GQ online magazine qal storja li forsi nisimgħu fil-films. Imma ġrat tassew!

Wara l-film Gravity lura fl-2013, flimkien ma’ Sandra Bullock, il-film tant mar tajjeb li Clooney qala’ kemxa miljuni mhux ħażin. Dak iż-żmien kien għadu mhux miżżewweġ u flok fadallhom, sejjaħ lill-14 l-aktar ħbieb ta’ qalbu u tahom miljun dollaru kull wieħed.

Fl-intervista qal li mingħajrhom ma kienx jasal fejn wasal u x’jiġri jekk jintlaqat minn xi karozza tal-linja? Tenna li m’għandux għalfejn jistenna li jiġri hekk biex jirtu l-wirt tiegħu fejn donnu li ħaseb fihom, allura qabad u taħhomlhom f’ħajjithom.

Immaġinaw intom ir-reazzjonijiet ta’ wara! Tajba George!

Ritratt: https://www.gq.com/

 

Ritratt Prinċipali: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com