Tribali – Mhux Fuq Il-Palk… Din Id-Darba Fi Ktieb

 Tribali – Mhux Fuq Il-Palk… Din Id-Darba Fi Ktieb

F’dawn iż-żminijiet partikolari fejn l-artisti Maltin ma għandhomx l-opportunità li jiltaqgħu mas-segwaci tagħhom permess tal-palk, il-grupp Tribali ħasbu li jagħmlu dan b’mod ieħor; bi ktieb dwar il-ħajja u l-istoja tal-grupp. Taħt il-produzzjoni esklussiva ta’ Tonio Bonello u 24sevenMedia, fuq kitba ta’ Connie Buttigieg, dan huwa ktieb li bih se ssiru tafu lil Tribali aktar mill-viċin.

F’dan il-ktieb b’aktar minn 200 paġna ser issibu
> il-vjaġġ mużikali tal-grupp Tribali, minn meta beda sal-lum
> kapitli dwar il-ħajja personali ta’ kull membru tal-grupp,
> intervisti ma’ mużiċisti li kienu ma’ Tribali fil-passat
> intervisti ma’ diversi nies li ħadmu ħafna fil-qrib mal-grupp
> ritratti esklussivi ta’ Tribali fuq il-palk u tal-ħajja personali
> aċċess għal 12 il- diska l-aktar imfittxija mill-erba’ albums

Jekk intom interessati, bħalissa hemm offerta speċjali fejn tista’ takkwista kopja għall-prezz ta’ €18 (offerta tiskadi 09/12/2020). Imbagħad, il-ktieb ser ikun jiswa €24.

Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ Revolut jew BOV Pay fuq 7929 2979 jew inkella billi ċċempel fuq l-istess numru biex tħalli d-dettalji tiegħek biex ikun jista’ jintbagħtlek il-ktieb.

Dan il-ktieb żgur ħa jkun rigal mill-isbaħ f’dawn iż-żminijiet ta’ festi tal-Milied u l-qligħ minnu ħa jmur għall-missjoni fil-Filippini fejn Tribali jgħinu fi proġett li fih jgħallmu l-mużika lit-tfal fqar u li jgħixu fit-toroq. Din il-missjoni hija immexxija minn Fr. Joe Cremona MSSP.

Awguri Tribali!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com