UEFA Nations League: Malta Miżmuma Mill-Faroe Islands

 UEFA Nations League: Malta Miżmuma Mill-Faroe Islands

Draw ta’ 1 – 1 kien ir-riżultat tal-aħħar partita tat-tim nazzjonali Malti f’Grupp D1 tal-UEFA Nations League kontra l-Faroe Islands.  B’dan ir-riżultat Malta spiċċat fit-tieni post tal-grupp li hija l-aħjar pożizzjoni qatt miksuba mit-tim nazzjonali Malti f’kompetizzjoni.

Bilanċ assolut fl-ewwel 45 minuta b’ħafna logħob f’nofs il-grawnd li ma ħoloq ebda periklu fuq il-lasti tal-goalkeepers Bonello u Gestsson rispettivament.

It-tim Malti ħareġ iżjed aggressiv fit-tieni 45 minuta u wara disa minuti l-plejer ta’ Ħamrun Spartans Matthew Guillaumier irnexxilu jsib ix-xibka u jpoġġi lit-tim Malti fil-vantaġġ.

Dan il-vantaġġ dam biss kwarta għaliex Ari Jonsson ġab id-draw għall-Gżejjer Faroe.  Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia wettaq diversi sostituzzjonijiet iżda minkejja kull sforz ir-riżultat baqa’ dak ta’ 1 – 1.

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com