Bil-Filmat: Wara Li Ħallewha Tmut Bil-Ġuħ, Sabet L-Imħabba

 Bil-Filmat: Wara Li Ħallewha Tmut Bil-Ġuħ, Sabet L-Imħabba

Il-kelba li lbieraħ irrappurtajna li ħallewha tmut bil-ġuħ għaliex ħasbu li kellha l-virus tal-covid, sabet qalb tajba u ġeneruża li ħaditha magħha u qed tieħu ħsiebha b’tant imħabba u għożża.

Din m’hi ħadd ħlief Maria D’Amato, li bgħatitilna filmat ħelu tal-kelba li tidher ferm għal qalbha issa, u anke qed tmur tajjeb mal-klieb ta’ Maria.

L-attivista għad-drittijiet tal-annimali għandha wkoll Facebook page, li permezz tagħha tagħmel ħafna ġid u tgħin lill-annimali li jkunu ġew abbandunati jew bżonn ta’ familja ġdida li tkun tħobbhom u tgħożżhom. Ir-ritratti t’hawn taħt juru biċċiet mill-vidjo li rċevejna.

Nħeġġukom sabiex iżżuru il-Facebook page https://www.facebook.com/innocentpawsmalta/

 

 

 

Veronica Mizzi

Veronica Mizzi

https://www.stradarjali.com

Veronica hija attriċi, żeffiena u mudella. Għandha għal qalbha ukoll il-kitba u l-lingwi u jaffaxinawha stejjer umani. Bħalissa qiegħda tistudja Masters fil-Marketing.