Xogħol Ta’ Skavar B’Makkinarju Jew Kostruzzjoni Jeħtieġ Rapport Tal-Kundizzjoni Tal-Bini u Method Statement

 Xogħol Ta’ Skavar B’Makkinarju Jew Kostruzzjoni Jeħtieġ Rapport Tal-Kundizzjoni Tal-Bini u Method Statement

L-Aġenzija tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ metodoloġiji li huma konformi mar-regolamenti li jipprevjenu l-ħsara lil proprjetajiet ta’ partijiet terzi. Dawn għandhom l- għan li jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ ħsara lil proprjetà ta’ partijiet terzi u li ma jkorrux persuni minħabba x-xogħlijiet proposti. Ir-regolamenti jippreżentaw ukoll dettalji rigward il-kontenut tal-Method Statement u r-Rapport tal-Kundizzjoni tal-Bini.

Kull min irid iwettaq xogħlijiet li jinvolvu skavar b’ makkinarju jew kostruzzjoni għandu jqabbad perit biex jippreżenta Rapport tal-Kundizzjoni tal-Bini u Method Statement. Dan għandu jagħti dettalji dwar il-kundizzjoni ta’ kwalunkwe binjiet tal- ġirien u strutturi tal-madwar u għandu jiġi ppreżentat lill-BCA mill-inqas ġimagħtejn qabel il-bidu ta’ kwalunkwe xogħol. Ladarba dawn jiġu approvati, il-perit responsabbli għall-proġett jew l-iżviluppatur għandu jippreżenta dan ir-rapport lill-ġirien tas-sit tal-iżvilupp. Dan isir biex jiġi żgurat li l-iżvilupp jaderixxi mar-regolamenti u jipproċedi b’mod sikur.

Madankollu, il-ġirien jistgħu joġġezzjonaw kemm għar-Rapport tal-Kundizzjoni kif ukoll għall-Method Statement tal-Kostruzzjoni. Partijiet terzi interessati jistgħu jitolbu lill-Agenzija biex tirrevedi d-dikjarazzjoni/jiet tal-metodu sottomess, iżda dawn għandhom jissottomettu rapport dettaljat imħejji minn perit. Hawnhekk, huma għandhom jelenkaw it-tħassib tagħhom rigward is-sigurtà tal-propjetà jew tagħhom infushom. Wara dan, id-direttur jista’ mbagħad jitlob lill-iżviluppatur biex jissottometti dikjarazzjoni tal-metodu parzjali fi kwalunkwe stadju. Dawn il-proprjetajiet ta’ partijiet terzi iridu jkunu jmissu, jew jinsabu taħt jew fuq is-sit li qiegħad jiġi żviluppat. Barra min hekk, il-Method Statements għandhom jiġu sottomessi fi żmien tliet ġimgħat mid-data ta’ meta l-iżviluppatur jirċievi l-oġġezzjoni. Barra minn hekk, id-Direttur għandu jindika d-dettalji kollha li se jiġu nklużi fil-Method Statement parzjali u l-iżviluppatur huwa wkoll meħtieġ li jissottometti rapport dwar il-kundizzjoni tal-proprjetajiet li jinsabu faċċata, taħt jew fuq kwalunkwe sit li qiegħed jinbena.

Meta jkun involut skavar, l-iżviluppaturi huma wkoll meħtieġa juru kull propjetà li tinsab fiż-żona affettwata, fuq websajt. Din għandha tinħareġ mid-direttur mhux aktar tard minn ġimgħatejn qabel ma jibda x-xogħol. Kopja fiżika tar-rapport għandha tintbagħat lis-sidien jew lill-okkupanti tal-propjetà relattiva permezz ta’ ittra rreġistrata.

Barra minn hekk, il-perit responsabbli għall-proġett għandu jissottometti l-istqarrija tal-method statement skont ir-4, il-5 u s-6 Skedi, filwaqt li jinkludi wkoll rapport sħiħ dwar il-kundizzjoni tal-proprjetajiet skont is-7 Skeda. Din tal-aħħar inħarġet biss bl-Ingliż u tinsab fuq il-websajt, preskritta mid-direttur. Din is-sottomissjoni għandha wkoll ssir mill-inqas ġimagħtejn qabel il-bidu tax-xogħlijiet.

Jekk is-sid jew l-okkupant ta’ tali proprjetà ta’ parti terza ma jaqbilx mar-rapport tal-kundizzjoni tal-proprjetà, huwa għandu javża lid-Direttur fi żmien ġimagħtejn. F’dan il-każ, għandhom isiru korrezzjonijiet jew jiġu sottomessi rapporti oħra minn partijiet terzi. Id-direttur jista’ jitlob lill-perit inkarigat biex jikkonsulta mas-sidien jew il-perit tal-okkupant tal-propjetà, biex jirrevedi r-rapport tal-kundizzjoni u jekk it-tnejn jaslu għal ftehim, għandha tkun iffirmata sottomissjoni mill-ġdid tar-rapport miż-żewġ periti. Jekk l-iżviluppatur u s-sid ta’ proprjetà ta’ parti terza ma jilħqux ftehim, id-Direttur jikkummissjona spezzjoni mill-BCA, li għandha r-responsabbilta li toħroġ ir-rapport finali. L-ispejjeż ta’ dan ir-rapport ta’ spezzjoni għandhom jinqasmu ugwalment bejn l-iżviluppatur u s-sid jew l-okkupant tal-parti terza.

Jekk ma jsiru l-ebda korrezzjonijiet u ma jiġi sottomess l-ebda rapport ta’ kundizzjoni ieħor lid-Direttur, għandu jkun mifhum li s-sid jew l-okkupant ta’ tali proprjetà jaqbel mar-rapport tal-kundizzjoni sottomess mill-iżviluppatur lid-direttur, u x-xogħol ikun jista’ jitkompla.

Hemm diversi każijiet fejn il-perit ma jkunx jista’ jaċċessa il-proprjetà kontigwa; jew minħabba li l-ġar jirrifjuta d-dħul lill-perit tal-iżviluppatur, jew, meta l-identità tal-ġar mhix magħrufa u ma tistax tiġi rintraċċata. Sabiex iħejji r-rapport tal-kundizzjoni, il-perit ikollu bżonn ifassal dikjarazzjoni bil-miktub, bid-dettalji tat-tentattivi tiegħu biex jingħata aċċess għall-proprjetà tal-ġar, inkluż l-attentati ta’ notifika bil-posta rreġistrata. Dan huwa meħtieġ għall-preparazzjoni tar-rapport tal-kundizzjoni u tali informazzjoni għandha tkun inkluża fid-dikjarazzjoni tal-metodu mibgħut lill-BCA.

Meta l-okkupant ta’ proprjetà li għaliha jkun meħtieġ rapport dwar il-kundizzjoni ma jkunx is-sid tal-proprjetà, l-okkupant għandu:

  • Jgħarraf lis-sid li perit, f’isem l-iżviluppatur tas-sit kontigwu, talab aċċess għall-proprjetà biex jħejji rapport dwar il-kundizzjoni; u
  • Jibgħat ir-rapport tal-kundizzjoni lis-sid malli jirċevih min għand l-iżviluppatur.

Il-BCA tirriżerva d-dritt li kwalunkwe informazzjoni pprovduta tiġi vverifikata minn persuni indipendenti.

Għal aktar informazzjoni dwar dawn ir-regolamenti, tista iżżur: www.bca.com.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com