Araw Filmat Ta’ Post Li Qatt Ma Ġie Ffilmjat!

 Araw Filmat Ta’ Post Li Qatt Ma Ġie Ffilmjat!

Pierre Farrugia bagħatilna filmat ta’ Għar il-Friefet u tenna li mir-riċerka li għamel, ma sab l-ebda filmat dwar dan il-post. Sab pjanta tal-post fejn bil-kulur blu mmarkat, juru postijiet fejn hemm bħal daħliet (pockets) li huma baxxi u kultant diffiċli li tilħaq.

Saħansitra hemm l-istalagmiti u l-istalaktiti; kolonni li jiffurmaw bl-ilma maż-żmien; uħud telgħin ‘il fuq, uħud neżlin mis-saqaf l’isfel.

Dan l-għar jinsab fit-triq ta’ faċċata t’Għar Dalam. pierre rringrazzja lill-Kunsill Lokali Ta’ Birżebbuġa u s-Sindku li tawh din l-opportunità biex jesplora dan il-post.

Intqal li dan l-għar aktarx intuża matul it-Tieni Gwerra Dinjija bħala xelter. Vince Pukka u Angelo Caruana kienu parti mit-tim ta’ Pierre li daħlu jiskopru dan l-għar.

Arawh!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com