Arrestat B’Rabta Ma’ Ħruq Ta’ Karozza – Jinqabad Bi Droga Kokaina

 Arrestat B’Rabta Ma’ Ħruq Ta’ Karozza – Jinqabad Bi Droga Kokaina

Żagħżugħ ta’ 21 sena qiegħed jinżamm mill-Pulizija b’rabta ma’ allegat ħruq ta’ vettura fil-Fgura.

Huwa ġie arrestat tard it-Tlieta filgħaxija fil-Belt wara jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni fuq il-movumenti ta’ persuna mill-Pulizija tal-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li fl-aħħar tas-sena għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, intalbet lassistenza tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid, fi Triq l-Isqof Tumas Gargallo, Ħal Tarxien, fejn sabu Toyota Vitz qiegħda tieħu n-nar.

Mill-investigazzjonijiet li saru u analiżi ta’ filmati tas-sigurtà, fl-aħħar sigħat ir-raġel ġie identifikat u arrestat.

Wara li ġie arrestat, il-Pulizija għamlet tfittxija fil-vettura tiegħu fejn instabu 31 qartas b’sustanza suspettata kokaina.

Ir-raġel se jitressaq il-Qorti llum, mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri, b’akkużi relatati mal-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com